Tuesday, May 14, 2024

Marlon Attard jirbaħ l-ewwel deheb għal Għawdex fl-International Island Games fi Guernsey

Aqra wkoll

Hekk kif bħalissa qed isiru l-International Island Games fi Guernsey, it-tiratur ewlieni Għawdxi, Marlon Attard, rebaħ l-ewwel deheb għal Għawdex, minkejja t-temp diffiċli li sab.

Huwa kellu prestazzjoni mill-aqwa u ddomina l-finali.Dan id-deheb isegwu midalja tal-fidda li ntrebħet matul il-jum tat-Tnejn minn Lara Calleja fid-dixxiplina sporting tal-isparar.

Din hija l-ewwel darba li Għawdex qed tikkompeti f’dan il-Logħob prestiġjuż.

Sport