Sunday, May 19, 2024

Marru jistadu għall-ġranċijiet … sabu raġel għarwien f’żona mimlija kukkudrilli

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żewġ sajjieda tal-ġranċijiet f’Darwin, qatt m’għaddhielhom minn rashom li sajda għall-ġranċijiet kienet se tispiċċa b’sejba mhux tas-soltu. Sejba li wasslet biex raġel li kien imfittex mill-Pulizija jinstab.

Iż-żewġ sajjieda, kienu sorpriżi. għall-aħħar meta f’daqqa waħda semgħu lir-raġel jagħjtilhom. Hu kien imdendel mas-siġar, għarwien ħuta u miksi bit-tajn.

Ir-raġel li għandu madwar 40 sena kien ilu maħrub għal diversi jiem. Hu kien irnexxielu jaħrab waqt li kien miżmum mill-Pulizija.

Ġara iżda li fil-ħarba tiegħu hu spiċċa f’għadira li kienet imfestata bil-kukkudrilli. Din tinsab qrib il-post bl-isem ta’ East Point. Ir-raġel kien qed jgħix billi jiekol il-bebbux. 

Jidher li hekk kif salvawh, is-sajjieda tawh jixrob biċċa għax kellu ħafna għatx. Indunaw ukoll li kellu għadd ta’ feriti u gdim tal-insetti. 

Is-sajjieda sejħu ambulanza u r-raġel ittieħed għall-kura fejn issa jinsab f’idejn il-Pulizija.

Sport