Jorge Martin kellu jirtira mill-MotoGP tal-Malasja wara li naqas milli jirkupra biżżejjed mill-ksur fil-polz li sofra waqt is-sprint tal-Grand Prix tal-Awstralja fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Is-sewwieq tal-Aprilia pprova jirritorna fil-kompetizzjoni f’Sepang, sitt ijiem biss wara l-inċident f’Phillip Island, iżda kompla jħoss l-uġigħ u ma kellux is-saħħa meħtieġa biex jibbrejkja kif suppost. Wara ftit dawriet biss, iddeċieda li jtemm il-parteċipazzjoni tiegħu qabel il-kwalifikazzjoni.
Iċ-champion tad-dinja tal-2024 ammetta li ċ-ċansijiet tiegħu li jirbaħ it-titlu din is-sena prattikament spiċċaw, hekk kif jinsab għaxar punti taħt il-leader tal-klassifika Marc Marquez. Martin qed jittama li jirkupra fil-ħin biex jirritorna għall-Grand Prix tal-Qatar fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla.




