Wednesday, April 24, 2024

Martin Odegaard jista’ jitlef bosta partiti wara li sofra injury fil-pexxul

Aqra wkoll

Il-manager tan-Norveġja Stale Solbakken żvela li l-midfielder ta’ Arsenal, Martin Odegaard, “ma jinsabx f’qagħda tajba” wara li sofra injury fil-pexxul.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena tilef ir-rebħa tal-Gunners fil-Premier 3-0 barra minn darhom kontra Brentford il-Ħadd flimkien mad-difensur xellugi Oleksandr Zinchenko, u Mikel Arteta mhux ċert meta dawn se jkunu qed jirritornaw fl-azzjoni.

Għalkemm jisnab imweġġa’, Odegaard, xorta waħda ġie inkluż fl-iskwadra ta’ 26 player tan-Norveġja għall-partiti li jmisshom mill-UEFA Nations League kontra s-Slovenja u s-Serbja.

Sport