Wednesday, February 12, 2025

Mat-800 vettura imħarrka b’rabta ma’ ksur ta’ regolamenti tat-traffiku 

Aqra wkoll

Waqt spezzjonijiet f’toroq differenti li l-pulizija wettqet fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, mas-60 xufier ġew imħarrka wara li nqabdu jsuqu b’veloċità eċċessiva. Saru wkoll aktar minn 30 roadcheck f’lokalitajiet differenti, fejn twaqqfu mat-800 vettura bil-pulizija toħroġ diversi taħrikiet relatati ma’ ksur tar-regolamenti tat-traffiku. 

Dawn l-ispezzjonijiet huma parti minn kontrolli ta’ rutina. Mill-1 ta’ Jannar sal-lum saru mal-500 road-check u li fihom twaqqfu eluf ta’ vetturi u nħarġu taħrikiet relatati ma’ ksur tarregolamenti tat-traffiku, fosthom sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol, użu tal-mobile phone waqt is-sewqan, vetturi mingħajr liċenzja valida tas-sewqan u persuni mingħajr iċ-ċinturin tassigurtà, fost oħrajn. 

Matul l-istess perjodu, il-pulizija ħarġet ukoll aktar minn 750 taħrika b’rabta ma’ sewqan eċċessiv. Dawn saru f’toroq differenti madwar Malta u Għawdex. Ewlenin fosthom Triq Tul il-Kosta, Dawret San Pawl il-Baħar u Triq Garibaldi l-Marsa fejn diversi sewwieqa nqabdu jsuqu b’veloċità ta’ bejn il-113 u l-150 km/h f’żoni fejn il-massimu huwa ta’ 60, 70 jew 80 km/h. 

Filwaqt li l-ħidma tal-Pulizija f’dan ir-rigward tkompli fil-ġranet u x-xhur li ġejjin, l-appell jibqa’ lejn is-sewwieqa biex josservaw ir-regoli tat-traffiku b’rispett lejn ħajjithom u ħajjet nies oħra fit-triq.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport