Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Matt Turner ma’ Nottingham Forest

Matt Turner ma’ Nottingham Forest

0
339

Il-gowlkiper Matt Turner għadu kemm temm it-testijiet mediċi fil-klinika ta’ Nottingham Forest sabiex b’hekk se jkun qed jingħaqad magħhom fis-sigħat li ġejjin. 
Turner wasal fil-belt ta’ Nottingham mingħand Arsenal u mistenni jkun lest għall-ewwel partita tal-kampjonat Ingliż li ironikament se tkun proprju kontra l-Gunners.

Turner għandu 29 sena u hu gowlkiper Amerikan. Fis-sena 2022 hu ngħaqad mal-Gunners iżda qatt ma rnexxielu jilgħab logħba waħda.