Friday, March 15, 2024

Matthew Guillaumier jirbaħ il-BOV Plejer tax-Xahar ta’ Diċmebru 2022

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Ħamrun Spartans Matthew Guillaumier rebaħ  l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Diċembru 2022.

L-attakkant ta’ 24 sena kompla bil-forma tajba tiegħu, li permezz tagħha kiseb l-istess unur f’Ottubru li għadda fejn Ħamrun qed ikomplu jiddominaw fil-Kampjonat BOV Premier u jżommu vantaġġ komdu fuq ir-rivali tagħhom.

Guillaumier salva t-3 punti importanti għall-Ħamrun meta fit-tielet minuta tal-ħin miżjud, bl-iskor ta’ 0-0 kontra Marsaxlokk, skorja l-gowl tar-rebħa meta rċieva kross mix-xellug mingħand Jonny u bir-ras għeleb lil goalkeepr Xlukkajr.

Guillaumier irċieva it-trofew tal-BOV Player tax-Xahar mingħand Josephine Scerri, Manager tal-Fergħa tal-Ħamrun tal-Bank of Valletta u għal darb’oħra għażel lill-MSPCA biex jibbenefikaw mid-donazzjoni tal-BOV lil tinagħta lil organizzazzjoni tal-karità tal-għażla tal-plejer.

Il-benefiċċji fiżiċi, mentali u soċjali li jġib miegħu l-Isport huma fost il-fatturi ewlenin għalfejn il-Bank of Valletta jappoġġja diversi attivitajiet sportivi madwar il-gżira bħala parti mill-impenn tiegħu lejn komunità aħjar li fiha jopera l-Bank.

Ekonomija

Sport