Tuesday, April 30, 2024

Matthew Zammit BOV Player ta’ Ġunju tal-waterpolo

Aqra wkoll

Il-Captain ta’ San Giljan ASC Matthew Zammit huwa l-BOV Waterpolo Player tax-Xahar għal Ġunju 2023.

Ix-Xellugi, kif inhu magħruf, kellu bidu mill-aqwa fil-Kampjonat BOV tas-Sajf tal-Water Polo fejn skorja xejn inqas minn 18-il gowl fl-4 logħbiet tagħhom tar-rawnd preliminari filwaqt li mexxa wkoll lit-tim tiegħu għal 4 rebħiet impressjonanti matul l-ewwel stadju ta’ dawn il-kampjonati biex jiggarantixxu post fil-Kampjonat BOV Premier.

Joseph Agius, Chief Technology Officer fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew BOV tal-Water Polo Player tax-Xahar għal Ġunju 2023 fil-preżenza tal-President tal-Assoċjazzjoni tal-iSport Akkwatiku ta’ Malta Karl Izzo.

Il-Bank of Valletta huwa l-isponsor ewlieni tal-kompetizzjonijiet lokali tal-waterpolo bħala parti mill-impenn tiegħu lejn komunità aktar b’saħħitha li fiha jopera.

Sport