Thursday, September 3, 2026
Home Sport Matthias Debono sospiż mill-MFA

Matthias Debono sospiż mill-MFA

0
49

Il-Malta FA ssospendiet temporanjament lil Matthias Debono sakemm joħorġu r-riżultati finali tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Kontroll, Dixxiplina u Etika – Integrità tagħha.

Id-deċiżjoni ssegwi investigazzjoni tal-Pulizija u akkużi mressqa quddiem il-Qorti b’konnessjoni mal-Finali tat-FA Trophy bejn Valletta FC u Gżira United FC (staġun 2025/26).

L-allegazzjonijiet jaqgħu taħt ir-regolamenti tal-Malta FA dwar it-tixħim u l-imħatri illeċiti fil-futbol.

Is-sospensjoni se tibqa’ fis-seħħ sakemm tittieħed id-deċiżjoni finali fil-proċedimenti.

Il-Malta FA qalet li mhux se tagħmel aktar kummenti dwar il-kwistjoni sakemm jiġu konklużi l-proċedimenti u tittieħed deċiżjoni finali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here