Thursday, September 3, 2026
Home Sport Napoli jħabbru l-iskwadra għall-UEFA Champions League 2026/27

Napoli jħabbru l-iskwadra għall-UEFA Champions League 2026/27

0
63

Massimiliano Allegri kkonferma uffiċjalment l-iskwadra ta’ Napoli għall-UEFA Champions League tal-istaġun 2026/27. Fil-lista hemm il-players li rritornaw minn self, Noa Lang u Lorenzo Lucca, kif ukoll l-akkwisti l-ġodda Costantino Favasuli u Benoit Badiashile. 

Napoli inkludew 23 player fil-Lista A, minflok il-massimu ta’ 25, minħabba li għandhom biss seba’ plejers imħarrġa lokalment u mhux it-tmienja meħtieġa mir-regolamenti tal-UEFA. Fost dawn hemm Alex Meret, Nikita Contini, Giovanni Di Lorenzo, Favasuli, Leonardo Spinazzola, Antonio Vergara u Lucca. 

Għalhekk, minħabba n-nuqqas tat-tmien player imħarreġ lokalment, id-daqs tal-Lista A ta’ Napoli tnaqqas għal 23 plejer. 

L-istess sitwazzjoni seħħet ukoll ma’ Inter, li wkoll ma setgħux jimlew il-lista tagħhom sal-massimu permess. Napoli issa se jiffokaw fuq l-isfida Ewropea u jittamaw li jagħmlu prestazzjoni tajba fil-kompetizzjoni.

L-iskwadra msejħa hija:

Goalkeepers: Alex Meret, Vanja Milinkovic-Savic, Nikita Contini.

Difensuri: Benoit Badiashile, Sam Beukema, Giovanni Di Lorenzo, Costantino Favasuli, Rafa Marin, Mathias Olivera, Amir Rrahmani, Leonardo Spinazzola. 

Midfielders: Kevin De Bruyne, Billy Gilmour, Stanislav Lobotka, Scott McTominay, Antonio Vergara, Andre-Fank Zambo Anguissa. 

Attakkanti: David Neres, Alisson Santos, Rasmus Hojlund, Noa Lang, Lorenzo Lucca, Matteo Politano.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here