Juventus jinsabu f’taħditiet mad-difensur Matthijs de Ligt dwar kuntratt ġdid.
Huwa mifhum li dan it-tiġdid se jkun validu sal-2026 meta dak attwali jintemm fl-2024.
Il-Bianconeri kienu rebħu t-taqtiegħa biex jiffirmaw lid-difensur Olandiż fl-2019 fost għadd kbir ta’ kompetizzjoni kbira minn clubs fl-Ingilterra, Spanja u l-Ġermanja.
Bil-captain Giorgio Chiellini jħabbar li se jħalli lill-club fi tmiem l-istaġun, De Ligt huwa meqjus bħala l-futur tad-difiża Juventina.
Maz-Zebras, il-player ta’ 22 sena rebaħ is-Serie A, il-Coppa Italia u s-Super Cup Taljana.