Saturday, December 21, 2024

Mauro Camoranesi m’għadux kowċ ta’ Floriana

Aqra wkoll

Floriana FC ħabbru li l-kuntratt tal-kowċ Mauro  Camoranesi u l-assistent kowċ Fernando Nowicki mhux se jiġġedded b’kunsens reċiproku.

Camoranesi kien ingħaqad mal-Greens fis-sajf li għadda u għalkemm kienu l-isfidanti ewlenin għall-unuri flimkien ma’ Hamrun Spartans, kellhom jikkuntentaw bit-tieni post fil-Kampjonat BOV Premier u tilfu l-finali tal-IZIBET FA Trophy kontra Sliema Wanderers bil-penalties.

Eks plejer ta’ Aldosivi fl-Arġentina, Santos Laguna fil-Messiku, Montevideo Wanderers fl-Urugwaj, Banfield fl-Arġentina u Cruz Azul fil-Messiku, Verona u Juventus fl-Italja, Stuttgart fil-Ġermanja, Lanus u Racing Club fl-Arġentina, huwa rebaħ it-Tazza tad-Dinja mal-Italja fl-2006, Mauro German Camoranesi beda jikkowċja lil Coras de Tepic fil-Messiku u mbagħad mexxa lil Tigre fl-Arġentina u Cafetaleros fil-Messiku, Tabor Sežana u Maribor fis-Slovenja u mbagħad assistent manager ta’ Olympique de Marseille.

Ekonomija

Sport