Monday, May 13, 2024

Mauro Icardi ma’ Real Madrid f’Jannar?

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Galatasaray Mauro Icardi mistenni jingħaqad ma’ Real Madrid f’Jannar li ġej, dan kollu skont stazzjon tar-radju Spanol.

Los Blancos iridu lill-plejer kontroversjali Arġentin f’Jannar li ġej sabiex il-kowċ Carlo Ancelotti jkollu biżżejjed materjal fl-attakk.

Matul dan l-istaġun l-eks plejer ta’ Sampdoria, Inter u Paris St Germain skorja 12-il gowl filwaqt li pprovda ħames assists lil sħabu.

Min-naħa tagħhom Galatasaray ma tantx jixtiequ jħalluh jitlaq bl-istorja li għadha qed tiżviluppa.

Sport