MeDirect Bank u MAPFRE MSV Life iffirmaw ftehim ta’ bankassurance li permezz tiegħu MeDirect Bank se jaġixxi bħala intermedjarju u jipprovdi firxa ta’ prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja minn MAPFRE MSV Life. Din il-kollaborazzjoni hija tragward sinifikanti għaż-żewġ organizzazzjonijiet, bil-għan li ttejjeb is-servizzi finanzjarji li joffri MeDirect filwaqt li jwessa’ n-network tad-distribuzzjoni ta’ MAPFRE MSV Life.
Is-sħubija se tippermetti lil MeDirect iwessa’ s-soluzzjonijiet finanzjarji tiegħu, u u l-impenn tiegħu li jipprovdi one-stop shop għas-servizzi ta’ self għad-djar. Inizjalment, MeDirect se jiffoka fuq l-offerta ta’ soluzzjonijiet ta’ protezzjoni tas-self li huma mfassla biex jipprovdu kopertura komprensiva u serħan tal-moħħ lill-klijenti.
Biex timmarka dan l-iżvilupp, il-Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE MSV Life, Elvira Lopez de Lara Merida, żaret l-uffiċċju ta’ MeDirect Bank f’Tigne Point, fejn iltaqgħat mal-Kap Eżekuttiv tal-Grupp MeDirect, Jean-Claude Maher. Il-laqgħa enfasizzat l-impenn taż-żewġ organizzazzjonijiet biex iwasslu servizzi finanzjarji eċċezzjonali u soluzzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja lill-klijenti tagħhom.
Jean-Claude Maher, il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp MeDirect, ikkummenta, “MeDirect huwa impenjat li jipprovdi l-aktar servizz effiċjenti ta’ self għad-djar f’Malta ffukata fuq l-aqwa teknoloġija flimkien ma’ offerta eċċellenti ta’ prodotti u servizzi, kemm jekk permezz tal-pjattaformi diġitali tagħna jew personalment. Hekk kif naħdmu biex insiru one stop shop għax-xerrejja u l-investituri kollha fil-propjetà, is-sħubija ma’ MAPFRE MSV Life tagħmel sens perfett. Fl-istess ħin, qed inkomplu niddiġitalizzaw is-servizz tagħna ta’ self għad-dar bi żviluppi sinifikanti oħra dalwaqt.”
Elvira Lopez de Lara Merida, CEO ta’ MAPFRE MSV Life, żiedet tgħid, “Aħna eċitati li ser nikkollaboraw ma’ MeDirect Bank, istituzzjoni li taħseb ‘il quddiem u li taqsam l-impenn tagħna għal soluzzjonijiet iċċentrati fuq il-klijent. Flimkien, se nwasslu prodotti ta’ assigurazzjoni tal-ħajja ta’ kwalità għolja li joffru sigurtà u protezzjoni lill-klijenti ta’ MeDirect.”
Din is-sħubija hija xhieda tal-viżjoni kondiviża ta’ MeDirect Bank u MAPFRE MSV Life li jipprovdu servizzi finanzjarji innovattivi u komprensivi. Il-klijenti jistgħu jħarsu ‘l quddiem għal esperjenza bla xkiel u aċċess għal firxa ta’ prodotti tal-assigurazzjoni fit-tul mfassla għall-bżonnijiet individwali ta’ klijenti li qed jixtru l-propjeta.’