Wednesday, December 25, 2024

Membri tal-Protezzjoni Ċivili jsalvaw erba’ adulti u kelb wara nirien f’binja f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili Malta intalbu sabiex jassistu, hekk kif kien hemm binja li nħakmet minn xi nirien f’Tas-Sliema. Mal-wasla taħhom, huma sabu li kien hemm erba’ adulti u kelb kienu maqbuda ġewwa djarhom minħabba duħħan qawwi. Iżda grazzi għall-isforzi kkordinati l-individwi u l-kelb ġew salvati mingħajr periklu.

Dan qalitu l-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn irringrazzjat lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, lill-Enemalta plc u lid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei tal-għajnuna tagħhom.

Ekonomija

Sport