B’ħidma konġunta mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili, it-Tlieta waranofsinhar ġie salvat ġuvni ta’ 20 sena li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum f’St Peter’s Pool, f’Delimara.
F’kitba fuq il-mezzi soċjali, il-Protezzjoni Ċivili spjegat kif il-membri tagħha taw l-assistenza meħtieġa liż-żagħżugħ. Ingħad li dan kellu bżonn l-attenzjoni medika, tant li ż-żagħżugħ ingħata assistenza minn membru mid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei.