Tuesday, November 3, 2026
Home Sport Meta Lautaro Martinez se jirritorna fl-azzjoni ma’ Inter?

Meta Lautaro Martinez se jirritorna fl-azzjoni ma’ Inter?

0
54

Il-captain ta’ Inter, Lautaro Martinez, mistenni jirritorna fl-azzjoni fit-22 ta’ Novembru, meta n-Nerazzurri jiffaċċjaw lil Atalanta fis-Serie A, wara li sofra injury muskolari.

L-attakkant Arġentin weġġa’ l-muskoli tal-koxxa tax-xellug waqt it-telfa ta’ Inter kontra Club Brugge fil-UEFA Champions League fit-13 ta’ Ottubru, minkejja li kien skorja darbtejn f’dik il-partita.

L-eżamijiet mediċi jindikaw li Martinez jista’ jdum madwar sitt ġimgħat barra mill-azzjoni, u b’hekk il-coach Cristian Chivu se jkollu jgħaddi mingħajru f’perjodu importanti tal-istaġun.

Martinez mistenni jitlef diversi impenji domestiċi u Ewropej.

Id-data tar-ritorn tiegħu tiddependi mill-progress fl-irkupru tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here