Wednesday, April 24, 2024

Metsola se tkun il-kandidata tal-PPE għal President tal-PE

Aqra wkoll

L-ewro parlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola rebħet il-kandidatura għall-elezzjoni Presidenzjali tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Popolari Ewropew (PPE).

Metsola, li kkontestat ma’ żewg ewro-parlamentari oħra, kisbet 112-il vot fl-ewwel għadd tal voti li fih ivvutaw 174 membru parlamentari tal-PPE. L-Olandiża Esther de Lange kisbet 44 vot waqt li Awstrijak Othmar Karas kiseb 18-il vot.

L-elezzjoni li fiha jkun elett il-President tal-Parlament Ewropew mistennija ssir fis-17 ta’ Jannar.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għal dan ir-riżultat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech feraħ lil Metsola għal dak li ddeskriva bħala “riżultat prestiġjuż li jagħmilna kburin li aħna Maltin.”

Sport