Tuesday, April 16, 2024

UCL: S’issa kkwalifikaw 11-il team mal-Aħħar 16

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni  programm tal-ħames ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions Lea­gue, ħames timijiet oħra għaddew għall-Aħħar 16. 

Dawn huma Manchester City, Paris St Germain, Inter u Real Madrid u Sporting

biex ingħaqdu ma’ Ajax, Bayern Munich, Juventus u Liverpool, Chelsea u Manchester United … għal total ta’ 11-il team. Għaldaqstant jonqos ħamsa oħra biex il-kwadru jkun komplet. 

Grupp A

Man City v Paris SG – Manchester City għelbu lil Paris St-Germain 2-1 biż-żewġ timijiet jikkwalifikaw.  Kien Kylian Mbappe (50) li fetaħ l-iskor għall-Fran­ċiżi iżda Raheem Sterling (63) u Gabriel Jesus (76) dawru r-riżultat favur l-Ingliżi.

Brugge v Leipzig – Leipzig marru għand Club Brugge u ħarġu rebbieħa 5-0, bl-iskorers ikunu Christopher Nkunku (12, 92), Emil Forsberg (17 pen, 45) u Andre Silva (26). 

Grupp B

Liverpool v Porto – Liverpool kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Porto permezz ta’ Thiago Alcantara (52) u Mohamed Salah (70).

Atletico M. v Milan – Milan daħlu biċ-ċans li jgħaddu meta barra minn darhom għelbu lil Atletico  1-0 b’goal ta’ Junior Messias (87). 

Grupp C

Besiktas v Ajax – It-Torok ta’ Besiktas ospitaw lil Ajax u sfaw megħluba bl-iskor ta’ biex filwaqt li huma sfaw eliminati, l-Olandiżi baq­għu jżommu r-rekord ta’ punti massimi .

Il-protagonista ta’ Ajax kien Sebastian Haller (54, 69) li skorja doppjetta wara li Rachid Ghezzal (22 pen) fetaħ l-iskor għal Besiktas. 

Sporting v Borussia D. – Sporting ospitaw lil Borussia Dortmund u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1 permezz ta’ doppjetta ta’ Pedro Goncalves (30, 39) u Pedro Porro (81) biex qatgħu l-passaġġ tagħhom ukoll.

Donyell Malen (92) skorja l-goal ta’ konsolazzjoni għal Borussia. 

Grupp D

Inter v Shakhtar – Inter ikkwalfikaw għar-round li jmiss meta f’darhom għelbu lil Shakhtar Donetsk bl-iskor ta’ 2-0 biex dawn tal-aħħar sfaw eliminati. 

Iż-żewġ goals waslu fit-tieni taqsima mill-Bosnjan Edin Dzeko (61, 67). 

Sheriff v Real Madrid – Real Madrid telgħu fl-ew­wel post tal-klassifika  ta’ dan il-grupp meta marru għand Sheriff Tiraspol u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0 biex qatgħu wkoll il- passaġġ għar-round li jmiss.  

Il-goals waslu minn David Alaba (30), Toni Kross (45) u Karim Benzema (55). 

Ekonomija

Sport