Tuesday, May 14, 2024

Metsola ssostni li ċ-Childcare m’għandux jitqies bħala xi ħaġa tan-nisa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’diskors fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tkellmet dwar “diskussjoni taħraq” li kellha meta kienet studenta rigward jekk għandux jiġi ċċelebrat jum il-mara.

Metsola qalet li tixtieq li jasal iż-żmien li ma jkollniex għalfejn niċċelebraw dan il-jum għax tintlaħaq ugwaljanza vera u sħiħa f’kull livell.

Filwaqt li rrikonoxxiet l-ugwaljanza li ntlaħqet fl-edukazzjoni fejn twaqqgħu ċertu barrieri, saħqet li jeħtieġ li din tintlaħaq f’oqsma oħra.

Metsola elenkat xi punti ta’ riferiment ta’ inugwaljanza fis-soċjetà moderna. Sostniet li ħafna drabi dak li jgħodd għall-mara għandu jgħodd għar-raġel u bil-maqlub. Qalet li mhijiex ġustizzja li nisa jitħallsu anqas għall-istess xogħol li jagħmlu l-irġiel.

Tkellmet ukoll dwar is-servizz tac-Childcare u l-fatt li ħafna drabi jiġi assoċjat bħala servizz għall-mara li jgħinha biex tibqa’ f’impjieg jew toħroġ taħdem. 

Hija kkundannat il-vjolenza domestika u qalet li din hija ħażina kkundannabbli ssir fuq min issir, l-istess l-abbuż sesswali u dak finanzjarju.

Il-President tal-Parlament Ewropew qalet li jeħtieġ li dawn il-problemi jiġu indirizzati bi strutturi apposta biex idealment jiġu eliminati. 

“Irid ikollna aġenda li telimina l-abbużi fiżiċi, mentali u emozzjonali għal kulħadd”, kompliet Metsola.

Filwaqt li temmet tawgura lin-nisa kollha li qegħdin jagħmlu suċċess, Metsola temmet tgħid li waħda mir-raġunijiet għaliex hi tinsab fil-politika hija proprju għax titħasseb u tinkwieta għal dawk li għaddejjin minn xi problemi.

Sport