Sunday, December 22, 2024

MFA Awards 2023-24: Luke Montebello l-Player tas-Sena

Aqra wkoll

F’lukanda ewlenija fil-Qawra ilbieraħ saru l-MFA Awards fejn l-attakkant internazzjonali Malti ta’ Hamrun Spartans,  Luke Montebello, ġie pprempjat bl-unur tal-Aħjar Player tas-Sena filwaqt li d-difensura ta’ Birkirkara, Stephania Farrugia, rebħet dik tan-Nisa.  

B’kollox ingħataw 19-il unur li jkopru l-livelli kollha tal-football Malti, jiġifieri l-BOV Premier League, iċ-Challenge Lea­gue, in-National Amateur League u l-Kamppjonati tal-Youths u l-Kampjonati tan-Nisa. 

Novitá għal din is-sena kienet l-unur The Football Social Responsibility Award li ppremja l-aqwa inizjattiva li tkun ħalliet impatt fuq il-ġustizzja soċjali.

Sar ukoll adattament għall-apprezzament lejn l-Għawdxin ġewwa Malta sabiex l-unur ma jkunx limitat biss lejn xi player jew ieħor, imma jkunu eliġibbli wkoll timijiet u uffiċjali Għawdxin li jkunu ta’ ispirazzjoni għal oħrajn bl-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom li joħorġu miż-żona komda u jiksbu suċċess fil-football Malti – The Gozitan Achievement Award.

Ġew ippremjati wkoll l-aqwa players żgħażagħ irġiel u nisa, kif ukoll l-aħjar players fiċ-Challenge League u l-Amateur League, l-aħjar player barrani, l-aħjar coach, l-aqwa skorers f’kull diviżjoni, il-fair play award, kif ukoll l-unur ferm prestiġġjuż –   The Presi­dent’s Award. 

Din is-sena wkoll ġie mħabbar isem ta’ player li l-Assoċjazzjoni rrikonoxxiet billi nkludietu fil-Hall of Fame, li huwa riservat għal dawk li jkunu kisbu suċċess straordinarju fil-karriera tagħhom.

Din is-sena l-MFA Awards kellhom aċċenn femminili, fejn minbarra għarfien mistħoqq lejn is-suċċess tat-team nazzjo­nali tan-nisa li matul l-istaġun 2023/24 laħaq tragward importanti billi kiseb il-promoz­zjoni fil-UEFA Nations League u allura issa jinsab jikkompeti mal-aqwa 32 team naz­zjonali Ewropew, is-serata kienet ippreżentata minn Sarah Bajada filwaqt l-grupp femminili bl-isem ta’ MARA, onora din is-serata bil-kant tiegħu.

Barra minn hekk, l-unuri ġew ippreżentati minn eks players irġiel u nisa li rebħu l-unuri tal-Aqwa Player tas-Sena kif ukoll l-unur tal-Aqwa Skorer fil-passat … kif ukoll oħrajn mill-isponsors tal-MFA li jinkludu l-Bank of Valletta, Izibet, u Assikura, u uħud mill-ogħla uffiċjali tal-MFA.

Ir-rebbieħa kollha kienu:

– L-Aħjar Player tas-Sena:   

Luke Montebello (Hamrun S.)

– L-Aħjar Player tas-Sena (Nisa):  

Stephania Farrugia (Birkirkara)

– L-Aħjar Coach tas-Sena:   

Mauro Camoranesi (Floriana)

– L-Aħjar Player taċ-Challenge League:   

 Matthew Debattista (Melita)

– L-Aqwa Skorers:  

Premier League – Luke Montebello (Hamrun S.)

Challenge League – Andre Carlos Penha da Costa (Melita)

Amateur League – Kurt Borg (Mtarfa) 

Kampjonat tan-Nisa – Salamatu Abdulai (Swieqi United)

– L-Isbaħ Goal:   

 Kaiden Fenech (Birkirkara) 

– The Football Social Responsibility Award:   

Fgura United

– President’s Award:  

Miguel Mifsud

– L-Aqwa Player Barrani:   

Yuri de Jesus Messias (Marsaxlokk)

– The Gozitan Achievement Award:   

Ann Marie Said (Birkirkara)

– Fair Play Award:   

Sirens

– Izibet l-Aqwa Player Amteur League :   

Kurt Borg (Mtarfa)

– BOV L-Aħjar Player Żagħżugħ –

Owen Spiteri (Floriana)

– L-Aħjar Player tal-Youths –

Ensell Attard (Mosta)

– Assikura l-Aħjar Player Żagħżugħa –

Kaysia Micallef (Swieqi U.)

– Hall of Fame –

Joe Cini

Ekonomija

Sport