Friday, June 14, 2024

Għawdex b’futur sabiħ quddiemu – bidliet li qed nagħmlu f’Għawdex ikunu l-mera ta’ dak li se nwettqu f’Malta

Aqra wkoll

Il-bidliet li se nagħmlu f’Għawdex se jkunu mera ta’ dak li se nagħmlu f’Malta. Messaġġ b’saħħtu li għadda l-Prim Ministru Robert Abela fix-Xagħra waqt attività politika bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin’. F’diskors li għamel f’Għawdex, il-Mexxej Laburista semma l-importanza tal-ispazji komuni bħala sors tas-sens ta’ komunità u l-importanza tal-estetika fil-binjiet tagħna. Dan f’kuntest tal-istrateġija tal-Gvern għal Għawdex bħala gżira ta’ villaġġi.

Dr Abela qal li Għawdex għandu futur sabiħ u hu mutur ekonomiku li jista’ jkompli joħloq il-ġid. Qal li dan isir bi ħsieb favur żvilupp sostenibbli. “Meta niżviluppaw u nimmodernizzaw ma ninsewx dak li aħna u li konna”, aċċenna l-Prim Ministru. Il-Mexxej Abela żied jirreferi għall-istrateġija ta’ Għawdex bħala gżira ta’ villaġġi u nnota kif għandu fiduċja li l-Għawdxin se jħadmu din l-istrateġija b’suċċess.

Il-Prim Ministru nnota d-differenzi li qed joħorġu aktar minn qatt qabel bejn min jaħdem favur Malta dejjem u min jinteressah biss mill-poter. Innota establishment li ħonoq l-Oppożizzjoni li ħsiebu fil-firda u fis-suppervja. Minflok il-moviment Laburista jrid jibqa’ umli, jagħraf x’jista’ jagħmel aħjar u sod. “Kalmi u sodi”, saħaq il-Mexxej Laburista.

Il-Prim Ministru qal l-iżvilupp ekonomiku rriduh bħala Gvern biex ninvestuh fin-nies. Innota kif filwaqt li l-Oppożizzjoni titkellem b’mod ħażin fuq Malta u tipprova toskura s-suċċess li jseħħ f’pajjiżna, l-esperti internazzjonali jinnutaw ekonomija b’saħħitha u ġid li qed jinħoloq f’Malta u f’Għawdex. Hawn mhux biss semma l-aħħar credit rating pożittiv minn Moody’s, li ta ċertifikat ieħor eċċellenti għall-ekonomija Maltija, imma fakkar fl-aħħar tbassir tal-Kummissjoni Ewropea tal-jiem li għaddew, li qal li Malta se jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru qal li rridu nibqgħu magħqudin għaliex fl-għaqda hemm is-saħħa u nagħmlu għażla importanti fit-8 ta’ Ġunju jew fl-1 ta’ Ġunju f’każ li trid tivvota fil-votazzjoni bikrija. Qal li l-għażla hi ċara bejn li nreġġgħu l-arloġġ lura jew nagħżlu li nkomplu mexjin ’il quddiem, inkluż fuq livell ta’ lokalità bħal ma’ hi x-Xagħra. Fisser kif b’vot lill-Partit Laburista nkomplu nagħtu s-Saħħa lill-Maltin.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport