MFPA u Floriana se jkunu qed jiltaqgħu għada fil-konfront dirett sabiex wieħed minnhom jirbaħ il-VMFA Premier League fl-aħħar ġurnata ta’ dan il-kampjonat.
Bħalissa l-Malta Football Players Association għandhom 34 punt bi Floriana punt biss warajhom bi 33.
Fil-fatt il-ġimgħa l-oħra ntlagħbet il-ġurnata ta’ qabel tal-aħħar ta’ dan il-kampjonat, b’MFPA jikkonfermaw il-potenzjal tagħhom wara skor pożittiv ta’ 10-5 kontra Luxol St Andrew’s.
Jonathan Bondin skorja tliet gowls filwaqt li Aleksandar Ribic u Mark Zammit kienu awturi ta’ doppjetta. Thomas Paris, George Frendo u Stanimir Miloskovic żiedu aktar gowls għat-tim rebbieħ.
Luxol skorjaw b’doppjetta ta’ Dylan Musu u b’gowls ta’ Glenn Bonello, Gary Inguanez u Tyron Borg.
Referee kien Gordon Barbara.
Floriana ingħataw walk-over ta’ 3-0 kontra Birkirkara St Helen’s sabiex f’logħba oħra li kellna Hibernians Veterans kisbu tliet punti importanti wara rebħa ta’ 6-4 kontra Gżira Veterans.
Il-Pawlisti kellhom lil Luke Satariano u Beppe Antignolo li skorjaw tliet gowls kull wieħed.
Kevin Sammut skorja tripletta għal Gżira b’Sebastian Nayar iżid ieħor għalkemm ma kienx biżżejjed biex isalvaw il-partita.
Referee kien Paul Apap.
Dan il-kampjonat ikompli b’dawn il-partiti:
Illum – St Dorothy’s Ground
7:15pm – Luxol St Andrew’s vs Gżira Veterans
Għada – MCS Birkirkara
7.15pm – Floriana vs MFPA
8.30pm – Żurrieq Wolves – Rabat Veterans


