Spartak Myjava ……. 6
Mgarr United ………….1
Mgarr United ġew eliminati mill-UEFA Women’s Champions League wara li tilfu 6-1 kontra t-team ospitu, Spartak Myjava tas-Slovakkja, fil-finali tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni taċ-champions path tal-mini tournament 5 fiċ-Ċentru Sportiv – Spartak Myjava Stadium, fil-belt ta’ Myjava.
L-Imġarrin ma tantx kellhom bidu tajjeb minħabba li wara biss 12-il minuta Spartak fetħu l-iskor minn penalty biex komplew jieħdu vantaġġ ta’ tliet goals qabel Carlyn Presley naqqset id-distakk lejn tmiem l-ewwel taqsima. Iżda s-Slovakki żiedu tliet goals oħra fit-tieni taqsima.
Andrea Bogorova poġġiet lil Spartak Myjava fil-vantaġġ, fit-12-il minuta meta kkonvertiet mill-11-il metru wara li Alejandra Villegas Caly waqqgħet lil Vredikova fil-kaxxa.
Sara Krsiakova rdoppjat l-iskor sitt minuti wara u Katarina Vredikova għamlitu 3-0, fit-28 minuta. Mgarr naqqsu d-distakk tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Presley.
Fil-61 minuta, Eliska Dvorakova skorjat ir-raba’ goal u sitt minuti wara, Madelyn Dougherty kompliet tkabbar il-vantaġġ. Fit-82 minuta, is-Slovakki ssigillaw ir-rebħa permez ta’ auto-goal ta’ Yamina Mendez, b’din il-player titkeċċa, fid-89 minuta, għal żewġ karti sofor.
Spartak: Viktoria Opalkova, Sara Krsiakova (78’ Jelena Petrovic), Barbora Vargova, Nina Matusicova, Eliska Dvorakova, Andrea Bogorova, Katarina Vredikova (78’ Maja Dimitrijevic), Tamara Kramlikova (89’ Sofia Zahorcova), Zuzana Narozna, Diana Micencova (65’ Monika Pirtanova), Livia Muckova (46’ Madelyn Dougherty).
Mgarr U.: Giulia D’Antuono, Abigail Camilleri (66’ Beauty Abena Julius), Alejandra Villegas Caly, Maia Debono, Veronique Mifsud, Yulya Carella, Carlyn Presley, Leanne Cefai, Valeria Villegas Caly (46’ Chaina Maizeroi), Yanina Mendez, Amber Grech (66’ Sylvia Kabene).
Referee: Eglantina Pjetrushaj (Albanija)
Assistant Referees: Koleta Prenga (Albanija), Gulnura Akbarzada (Azerbaijan)
Raba’ Uffiċjal: Farida Lutfaliyeva (Azerbaija)
Skorers: A. Bogorova 12 pen, S. Krsiakova 18, K. Vredikova 28, E. Dvorakova 61, 67, Y. Mendez 82 o.g. (SM); C. Presley 42 (MU)
Tkeċċiet: Y. Mendez 89 (MU)




