Saturday, May 2, 2026

Mgarr United jirbħu l-Assikura Women’s KO u jiksbu t-treble

Aqra wkoll

Mgarr U……………….1

Birkirkara…………….0

Mgarr United rebħu t-tielet unur tagħhom tal-istaġun biex b’hekk kisbu t-treble wara li għelbu lil Birkirkara 1-0 fl-Assikura Women’s KO fil-finali li ntlagħbet fis-Centenary Stadium.

Dan wara r-rebħ tal-Assikura Women’s League u l-Jubilee Cup.

Mġarr United għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor fl-10 minuta meta wara li rċeviet minn cross mil-lemin, YULYA CARELLA permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża mill-viċin tefgħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fis-17-il minuta kien hemm żball difensiv ta’ Birkirkara li minnu approfittat Alejandra Villegas li venvnet xutt b’saħħtu li iżda ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Birkirkara, Maleni Morales.

Kulma jmur kompla d-dominju ta’ Mgarr, u fil-41 minuta, tentattiv ta’ Yulya Carella intemm barra.

Fis-47 minuta kienet l-istess Carella, bla dubju l-aqwa player fost sħabha li kellah x-xutt tagħha jiġi salvat minn Morales.

Birkirkara wettqu reazzjoni tajba u fl-64 minuta resqu viċin li jġibu l-iskor indaqs meta Monteiro, wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper ta’ Mgarr Giulia D’Antuono, rat lil din tal-aħħar tinterċetta tajjeb.

Mġarr United kienu sfortunati ferm li ma rduppjawx l-iskor fit-72 minuta meta laqtu l-wieqfa wara xutt b’saħħtu ta’ Nguessan.

Fit-83 minuta, freekick ta’ Momo Ueda għal Birkirkara ntemm għoli.

It-trofew ġie ppreżentat mis-COO ta’ Assikura Insurance Brokers Ltd, Lucienne Cini, u l-Kowċ tat-Tim Nazzjonali tan-Nisa ta’ Malta, Manuela Tesse.

Il-player ta’ Mgarr United, Yulya Carella, ġiet ivvutata bħala l-Player tal-Logħba.

Mgarr United: Giulia D’Antuono, Abigail Camilleri, Shay Alejandra Villegas, Maia Melaine Debono, Veronique Mifsud, Yulya Carella, Leanne Cefai, Yanina Ayelen Mendez, Maria Luz Hernandez, Josline Ines Soumale N’Guessan, Brenda Borg.

Birkirkara: Maleni Anaii Morales, Gabriella Zahra, Lara May Azzopardi, Maria Borges Kleydiana Jussara Monteiro, Ylenia Grech, Amelia Vassallo, Gloria Cassar (Maia Gauci 63 min), Stella Francalanza, Kay Axiaq, Haruhi Sekura, Momo Ueda.

Referee: Sara Kankaras

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport