Wednesday, October 9, 2024

Migranta twelled waqt il-finali tal-Euro 2020… issemmiha Mariam Vittoria għar-rebħa tal-Italja

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Kienu bosta dawk il-persuni li fil-finali tal-Euro 2020 segwew b’eċitament kbir il-penalties bejn l-Italja u l-Ingilterra.

Fl-istess mument eżatt, ġewwa Sptar Taljan kien qed iseħħ il-miraklu tal-ħajja. Rianatou Agnike, mara ta’ 30 sena ta’ oriġini Afrikana, welldet liċ-ċkejkna tagħha proprju eżatt fil-mument li l-gowlkiper Taljan Donnarumma laqa’ l-aħħar penalty li wassal għar-rebħa tal-Italja.

Hija ddeċidiet li ssemmi ċ-ċkejkna tagħha Mariam Vittoria, bħala unur għall-Italja, li fl-aħħar mill-aħħar kien il-pajjiż li laqgħaha u taha ħajja ġdida.

Rianatou tgħix f’Villa Castelli, fil-provinċja ta’ Brindisi, u ilha tgħix ġewwa l-Italja għal madwar sena. 

Persuni li kkummentaw dwar dan il-każ qalu li dan kien wieħed mill-aħjar modi biex tiċċelebra ħajja ġdida u bidu ġdid.

Sport