Thursday, June 27, 2024

Gozo Channel se tieħu passi dixxiplinarji fil-konfront xi ħaddiema

Aqra wkoll

Il-kumpanija Gozo Channel ser tkun qed tieħu passi dixxiplinarji fil-konfront ta’ dawn il-ħaddiema. Dan iddikjarah il-Ministru għall-Għawdex, Clint Camilleri f’messaġġ fuq Facebook.

Il-Ministru Camilleri irrimarka li јinsab infurmat li xi ħaddiema nkarigati mill-irbit tal-vapuri (mooring men), fuq inizjattiva tagħhom stess u mingħajr ma’ huma koperti b’azzjoni industrijali, illum ma’ irrapurtawx għax-xogħol jew irrifjutaw li jagħmlu xogħolhom u dan għad-detriment tal-istess kumpanija Gozo Channel u l-klijenti tagħha.

Fl-istess messaġġ, huwa rringrazzja ħaddiema oħra li għalkemm m’hux id-dover tagħhom li jorbtu l-vapuri, daħlu għal dan l-inkarigu sabiex jirratifikaw is-sitwazzjoni u s-servizz jirritorna lura għan-normal.

Aktar kmieni: Mijiet ta’ karozzi u passiġġieri maqbudin fiċ-Ċirkewwa u fl-Imġarr Għawdex minħabba strajk

Mijiet ta’ karozzi kif ukoll passiġġieri maqbudin fiċ-Ċirkewwa u fl-Imġarr Għawdex. Dan hekk kif minn informazzjoni li għandu dan is-sit, il-ħaddiema tal-Gozo Channel ħarġu fuq strajk

Sa issa għadu mhux magħruf sakemm dan se jibqa fis-seħħ.

Aktar informazzjoni malli taslilna …

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport