Thursday, March 28, 2024

Mikel Arteta jista’ jiffirma kuntratt ġdid ta’ sentejn ma’ Arsenal

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Arsenal, Mikel Arteta, jista’ jiffirma kuntratt ġdid ta’ sentejn fl-Emirates Stadium.

Il-manager ta’ 39 sena ħa inqas minn staġun biex wassal lil Arsenal għar-rebħ tal-unuri fil-forma tal-FA Cup, iżda baqa’ ma kkonvinċiex bis-sħiħ wara li l-istaġun li għadda spiċċa fit-tmien post tal-Premier League.

Madankollu, Arsenal jinsabu sodi fit-taqtiegħa għall-post fiċ-Champions League taħt Arteta dan l-istaġun, iżda l-kuntratt tal-Ispanjol issa fadallu biss 18-il xahar biex jintemm.

Id-diriġenti ta’ Arsenal kienu sodisfatti bit-tmexxija ta’ Arteta sa minn meta ħa post Unai Emery, u dalwaqt mistenni jiffirma estensjoni fil-kuntratt ta’ sentejn.

Il-ġerarkija ta’ Arsenal kienu impressjonati bl-istess mod bit-tmexxija ta’ Arteta barra mill-ground, u huma ħerqana li jwarrbu l-interess fih mill-ex club ta’ Manchester City.

Arteta mexxa 112-il logħba għal Arsenal fil-kompetizzjonijiet kollha, fejn rebaħ 62 partita, kiseb 19-il draw u tilef 31 minn dawk il-konfronti.

Ekonomija

Sport