Wednesday, March 27, 2024

MILIED IMTEBBA’ BL-INVAŻJONI FL-UKRAJNA

Aqra wkoll

Dan il-Milied se jkun okkażjoni qarsa għal diversi familji Ukreni. Hekk kif il-Ħadd uħud se jkollhom ix-xorti li jinġabru madwar il-mejda għall-ikla tal-Milied, bla dubju se jkunu qed jaħsbu fil-maħbubin tagħhom li ħallew warajhom fl-Ukrajna.

Jiċċelebraw l-ewwel Milied tagħhom f’pajjiż barrani, se jkollhom jikkonslaw ruħhom bil-ħsieb li għallinqas huma u wliedhom huma siguri. Iżda, bil-ħsieb iberren f’moħħhom li ħallew membri tal-familja tagħhom lura fi Kiev, bla dubju li ċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom żgur li se jkunu b’differenza.

 Filwaqt li wħud ħadu d-deċiżjoni li jaħarbu, filwaqt li jħossuhom estremament grati għall-merħba sabiħa li ġiet estiża lilhom ħafna jgħidulek li wiegħdu li jirritornaw lura lejn pajjiżhom hekk kif ikun sigur li jagħmlu dan.

Sfortunatament il-gwerra mhu qed turi l-ebda sinjal li tieqaf hekk kif Putin qed ikompli l-kruċjata tiegħu u, wara li naqas milli jissottometti lill-forzi armati Ukreni, issa tefa’ l-attenzjoni tiegħu lejn il-popolazzjoni ċivili, u qed jimmira fuq l-infrastrutturi ta’ poter biex jipprova jiffriża l-pajjiż.

Fi żvilupp ġdid u inkwetanti, issa qed iqajjem biża’ fi Kiev li l-Belarus jista’ jkun se jkollha rwol aktar attiv fil-gwerra.

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Antonio Guterres, qal fil-konferenza annwali tiegħu ta’ tmiem is-sena fi New York, li hu ma kienx ottimist dwar il-prospett ta’ taħditiet ta’ paċi fil-futur immedjat, u żied jgħid li jemmen li l-konfrontazzjoni militari se tkompli.

Dal-Milied, filwaqt li ngħollu t-tazza u nawguraw il-festi t-tajba lil xulxin ejjew naħsbu wkoll fil-popolazzjoni kollha tal-Ukrajna, li għalkemm qed ibatu u jmutu huma determinati aktar minn qatt qabel li jiddefendu l-libertà tagħhom.

Ekonomija

Sport