Mill-inqas 20 persuna mietu u eluf oħrajn kellhom jevakwaw minn djarhom minħabba għargħar fil-Korea t’Isfel.
It-tielet jum infila ta’ xita bil-qliel ikkawżat ħsarat kbar infrastruttutrali u diversi partijiet spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku. Kmieni dalgħodu xi uffiċjali qalu li l-ilma kien qabeż diga fil-provinċja ta’ Chungcheong. Kawża ta’ dan mas-6,400 persuna residenti fiż-żona kellhom jabbandunaw djarhom minħabba miżuri ta’ prekawzjoni.
Il-Prim Ministru Han Duck-soo talab il-militar biex jassitu fl-operazzjonijiet ta’ salvataġġ hekk kif skont rapporti hemm minn tal-inqas 10 persuni oħra rrappurtati neqsin u diversi oħrajn midrubin.
Xi villaġġi u xi toroq spiċċaw mgħarrqa tant li diversi mezzi ta’ trasport kellhom jiġu sospiżi fosthom il-ferroviji.