Saturday, May 4, 2024

Mill-inqas 20 persuna nstabu ħatja f’wieħed mill-akbar każi ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal fl-Ingilterra

Aqra wkoll

Madwar 20 persuna nstabu ħatja li kienu kompliċi f’wieħed mill-akbar każi ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal li se jkun qed jiġi investigat mill-Pulizija Ingliża ta’ West Midlands, f’Birmingham. Il-ġurnal The Guardian ippubblika r-ritratti ta’ 15-il persuna minnhom.

Ritratti: West Midlands police

Apparentament, seba’ mill-vittmi, bl-età tagħhom ma taqbiżx it-12-il sena (fi żmien li seħħ l-abbuż), qattgħu s-snin abbużati fiż-żoni ta’ Walsall u Wolverhampton.

Ir-reati ħarġu fid-dieher għall-ewwel darba meta xi ħadd mill-vittmi ddaħħal l-isptar b’xi ġrieħi suspettużi, qalet il-Pulizija ta’ West Midlands. Skont l-istess Pulizija, l-investigazzjoni kienet pjuttost intensiva, tant li ħaditilhom iktar minn ħames snin biex qabdu jistabbilixxu l-persuni involuti.

Bħalissa hemm 13-il persuna l-ħabs filwaqt li erbgħa oħra qed jistennew il-verdett tagħhom b’rabta ma’ dawn ir-reati. Is-sentenza ta’ priġunerija se tkun qed tvarja minn 28 xahar ħabs sa sentenza għal għomorhom.

Sport