Wednesday, July 24, 2024

Mill-inqas erbgħa jmutu u mas-26 oħra jindarbu f’ħabta bejn ferroviji fir-Repubblika Ċeka

Aqra wkoll

Ferrovija li kienet fi triqitha lejn l-Ukrajna u li abbord kellha mat-300 passiġġier, l-Erbgħa filgħaxija ħabtet ma’ ferrovija oħra ġewwa r-Repubblika Ċeka, bil-konsegwenza li mietu minn tal-inqas erba’ persuni u mas-26 oħra qed isofri minn xi ġrieħi. Dan ġe kkonfermat ukoll minn kelliema għas-servizz tal-emerġenza fil-pajjiż.

Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Petr Fiala wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-vittmi. Huwa ddeskriva dan l-inċident bħala ta’ diżastru kbir u sostna li dawk li kienu qegħdin fuq il-post għamlu minn kollox sabiex isalvaw il-ħajjiet ta’ dawk midruba.

Il-Ministri tal-intern u l-Ministru tat-trasport waslu fuq il-post fis-sigħat bikrin tal-Ħamis. Il-Ministru tal-Inter, Vit Rakusan qal li l-maġġorparti tal-passiġġier qegħdin isofru minn ġrieħi ħfief. Huwa qal li l-Pulizija kienet għadha qed tidentfika l-passiġġieri miġbura fl-istazzjon. Dan filwaqt li kienet qed tiġi pprovduta l-lista tal-passiġġieri.

Ftit tal-minuti wara li seħħ l-inċident, fuq il-post issejħu diversi persuni tas-salvataġġ, fosthom disa’ ambulanzi, żewġ ħelkopters, mas-sittin pumpiera tat-tifi tan-nar, flimkien ma’ tim mediku.

Din mhjiex l-ewwel darba li fr-Reppublika seħħ inċident biil-ferroviiji u li fih tiilfu ħajjiithom bosta nies. Lura għall-1960 kien seħħ nċdent bejn żewġ ferrovj u kienu mietu mal-118 -il persuna li kienu passiġġiera.

Ekonomija

Sport