Thursday, April 25, 2024

Mill-Parlament Ewropew

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tikteb l-Ewroparlamentari Miriam Dalli

Din il-ġimgħa kienet ġimgħa oħra impenjattiva b’ħidma fil-Parlament Ewropew u numru ta’ laqgħat f’Malta. F’ġimgħa waħda l-ammont ta’ suġġetti li nitrattaw dejjem ikun wieħed vast ħafna u forsi dak li jagħmel ix-xogħol tagħna aktar interessanti għaliex bħala rappreżentanti tal-poplu Malti rridu naċċertaw ruħna li nindirizzaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini li nirrapreżentaw.

Matul il-ġimgħa ressaqt numru ta’ proposti marbuta ma’ rapport li qed jitratta l-aċċess għall-mediċini. Ippreżentajt emendi biex pazjenti li jiġu minn pajjiżi żgħar bħal tagħna ma jsibux ostakoli għal mediċini li jkollhom bżonn b’mod partikolari jekk ikunu jbatu minn mard rari. Bl-istess mod ressaqt emendi biex isir xiri komuni mill-Unjoni Ewropea ħalli ma nispiċċawx f’sitwazzjoni li pajjiżi akbar minnha jkollhom aċċess għal mediċina u aħna ma jkollniex. 

Ressaqt proposti wkoll dwar il-fond li għandu jgħin fit-tranżizzjoni lejn ekonomija li ma tniġġizx. Fost l-oħrajn irrid naċċerta ruħi li tingħata għajnuna lil min hu self-employed u jħaddem ftit nies biss kif ħafna drabi huwa l-każ f’Malta. Permezz tal-emendi li ressaqt irid nara dan il-fond jaħdem f’każ ta’ enerġija aktar nadifa, green hydrogen u anke’ mobilita’ nadifa u li ma tniġġisx. 

Nhar l-Erbgħa kelli laqgħa mal-Kummissarju għas-Saħħa Stella Kyriakides ftit wara li nehdiet l-istrategija msejħa Farm-to-Fork. Strateġija li għandha tħares lejn il-prodotti li jispiċċaw fuq il-platt tagħna mill-mument li jkunu fl-irziezet u fl-għelieqi. Għalija dan hu suġġett importantissimu għal pajjiżna. Filfatt matul din il-ġimgħa komplejt niltaqa’ ma’ aktar stakeholders differenti. Wara li l-ġimgħa li għaddiet iltqajt mad-Direttur tal-Agrikoltura, din il-ġimgħa ltqajt ma’ aktar bdiewa żgħażagħ li qed jippruvaw idaħħlu metodi ġodda biex ikollna biedja aktar sostenibbli u biex il-bidwi Malti jkun jista’ jaqla’ għixien tajjeb mill-prodotti agrikoli li jipproduċi.

Kienet ġimgħa fejn l-issue tal-immigrazzjoni ma telqitx mill-attenzjoni tiegħi. Bdejt il-ġimgħa b’laqgha bejn grupp ristrett tas-Soċjal Demokratiċi fejn iddiskutejna azzjonijiet li rridu l-Kummissjoni Ewropea tieħu llum qabel għada biex tindirizza l-issue tal-immigrazzjoni. Is-sitwazzjoni fil-Libja hija prekarja u l-affarijiet mhux se jinbidlu mil-lum għal ghada, għalhekk li mhux aċċettabbli li jibqa’ jkun hemm pajjiżi li ma jagħmlu xejn biex jgħinu lil pajjiżi bħal Malta. 

Sport