Sunday, December 22, 2024

“Min qiegħed fostna b’mod regolari għandu jingħata l-id sħiħa tal-ħbiberija”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici ddikjara fil-Parlament li min qiegħed fostna b’mod regolari, għandu jingħata l-id sħiħa tal-ħbiberija irrispettivament jekk għandux karnaġġjon skur jew ċar. 

Waqt li kienu qed jiġu diskussi l-estimi tal-budget għall-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, il-Ministru Bonnici tkellem dwar l-ugwaljanza bbażata kif tidher u sostna li huwa jħaddan fehma pjuttost qawwija, determinata u soda fejn tidħol l-immigrazzjoni ilegali. 

“Pajjiżna huwa żgħir, ma jiflaħx għal toqol sproporzjonat li l-immigrazzjoni illegali ġġib magħha u żgur li l-Ewropa għandha turi ħafna iktar solidarjetà bil-fatti,” tenna l-Ministru Bonnici. Min-naħa l-oħra, huwa stqarr li min qiegħed fostna b’mod regolari għandu jingħata l-id tal-ħbiberija.

Huwa fakkar kif ftit tal-jiem ilu, il-Gvern nieda l-ewwel strateġija nazzjonali kontra r-razziżmu. Tenna li jekk ilkoll niġbdu ħabel wieħed nistgħu naraw bidla sħiħa għall-aħjar.

Ekonomija

Sport