Wednesday, July 24, 2024

Min se jirbaħ il-Premier Ingliż skont Danny Murphy

Aqra wkoll

L-eks stilla ta’ Liverpool, Danny Murphy, qal li r-Reds u Manchester City huma favoriti li jirbħu t-titlu tal-Premier League quddiem Arsenal.

Murphy identifika tliet partiti li jistgħu jtellfu lill-Gunners fost it-taqtiegħa tagħhom għat-titlu ma’ Liverpool u mas-City.

Liverpool, Arsenal u Man City huma separati bi tliet punti biss wara 29 partita.

Madankollu, Murphy jemmen li kemm Liverpool kif ukoll is-City għandhom tmiem konsiderevolment aktar faċli mill-Gunners.

“Sakemm ma tkunx partitarju ta’ Manchester City, x’aktarx trid li xi ħadd ieħor jirbaħ. Ma naħsibx li Arsenal se jgħaddu minn fuq il-linja tat-tmiem biss minħabba l-programm li fadlilhom. Huma jridu jmorru għand Tottenham, Manchester United u Brigh­­ton,” qal Murphy.

“Naħseb li Liverpool għandhom mixja mill-aqwa għat-tmiem; hija biss dik il-logħba ta’ Tottenham li tinkwetani għalihom. Is-City għandhom għeluq pjuttost tajjeb ukoll.

“Naħseb li l-aqwa ħaġa li ġrat lil Liverpool kienet li ġew eliminati mill-FA Cup – iżda dan seħħ kontra Manchester United – għax dan kien jagħtihom daqqa tajba fuq wara. 

“Bil-problemi kollha tal-players imweġ­ġgħin li kellhom matul l-istaġun kollu, nemmen li Liverpool jistgħu jagħmluha għax qed jirkupraw lill-players fil-ħin opportun.”i

Ekonomija

Sport