Sunday, May 24, 2026

Min tridu li jmexxi l-ekonomija tagħna fil-ħames snin li ġejjin?

Aqra wkoll

Min tridu li jmexxi l-ekonomija tagħna fil-ħames snin li ġejjin? Min tridu li jmexxi l-finanzi tal-pajjiż fil-ħames snin li ġejjin? Min tridu li jmexxi l-qasam tal-enerġija? Lil Alex Borg jew lili u lit-tim tiegħi, tim Malta? Min tridu li jmexxi t-turiżmu, l-edukazzjoni, it-trasport, is-saħħa, l-enerġija? Fuq kollox nerġa’ nistaqsikom lil min tridu Prim Ministru ta’ Malta? Lil Alex Borg jew Robert Abela?,” qal il-Prim Ministru fost l-għajat ta’ Robert, Robert.


Din Malta tagħna mxiet wisq ’il quddiem biex nitilfu dak li ksibna flimkien. Konna aħna li raħħasna l-kontijiet u żammejniehom irħis minkejja kull sfida internazzjonali. Konna aħna li tajna chldcare b’xejn, trasport bil-baħar u bl-art bla ħlas, żidiet fiċ-children’s allowance aktar milli wegħedna, il-pejsonijiet żieda wara l-oħra.

Tax cuts waħda fuq oħra. U ġibna lura dak li ħaddieħor ħadilkom – Manoel Island issa hi tagħkom u magħha l-White Rocks, forti campbell u forti tigne. Tajna drittijeit ġodda lil kulħadd. Fuq kollox tajna l-IVF b’xejn lil kulħadd u komplejna nsaħħu dan id-dritt u se nkomplu nsaħħu dan id-dritt.


Grazzi talli kontu miegħi f’din it-triq. Issa li wasalna s’hawn tridu tkompluha miegħi din it-triq? Grazzi tal-fiduċja. Konna flimkien erba’ snin ilu u bdejna triq iebsa f’nofs pandemija. Minkejja kollox ma waqafniex noħolmu anzi dak il-ħolm wettaqnieh u hekk nerġgħu nagħmlu jekk terġgħu tisilfuna l-fiduċja.


Fuq kollox dan il-pajjiż se jibqa’ għaddej bis-saħħa ’l quddiem. Ejja ma nwaqqfux ir-ritmu li qabad pajjiżma. Irridu nkompu ntejbu l-ambjent ta’ pajjiżna, insaħħu l-isptarijiet tagħna, noħolqu aktar opportunitajiet għal kulħadd, noffru ħajja aħjar u aqwa għall-pensjonanti u naħdmu aktar biex nagħtuk iżjed ħin għalik u għall-familja tiegħek u nagħtu kundizzjonijiet aħjar lill-ħaddiema kollha u iżjed xogħol biex inkabbru l-ekonomija. Biex niksbu aktar suċċessi flimkien. Jien nemmen fikom. Jien nemmen f’Malta.

Qed nitlobkom tkunu miegħi. Għandi bżonn lil kull wieħed u waħda minnkom. Ejja ma niqfux naħdmu biex nikkonvinċu. Sal-aħħar minuta. Kull wieħed u waħda minnkom ċemplu ħabib, infehmu lil kulħadd li dan il-pajjiż ma jixraqlux jissogra dak kollu li ksibna flimkien.
Fuq kollox aħna l-moviment ta’ Malta l-ewwel u qabel kollox.

Ejja nibqgħu mexjin flimkien f’din it-triq it-tajba. ejja ma nreġġgħux l-arloġġ lura il-mument tad-deċiżjoni issa wasal. Dik id-deċiżjoni trid tiħodha int fit-30 ta’ Mejju.
Is-Sibt li ġej morru vvutaw u vvutaw kmieni. Tħallux lil ħaddieħor jieħu d-deċiżjoni għalikom.

Jekk tafu lil xi ħadd li ma jridx jivvota kellmuh. Għamlu kuraġġ. Kunu magħna f’din it-triq għax il-proġett huwa intom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport