Friday, May 3, 2024

Minkejja li l-ispejjeż huma kbar, Puttinu jibqa’ impenjat li joffri ambjent dinjituż lill-pazjenti

Aqra wkoll

“Għalkemm l-ispejjeż relatati mal-manutenzjoni mhumiex bix-xejn fir-Renju Unit, aħna nibqgħu naħdmu biex nipprovdu l-aqwa lill-pazjenti tagħna. Id-dinjità tagħhom tibqa’ l-iktar ħaġa importanti għalina”.

Sostnew dan Puttinu Cares, f’kitba li qasmu fuq il-paġna tagħhom stess, fejn fissru li bħalissa għaddej xogħol ta’ manutenzjoni ma jaqta’ xejn fl-appartamenti ta’ Sutton, f’Londra.

Fl-aħħar nett, huma rringrazzjaw lill-Maltin u l-Għawdxin kollha tal-qalb kbira u l-ġenerożità li dejjem urew bħala poplu b’solidarjetà ma’ din l-NGO sabiex permezz tad-donazzjonijiet ikunu jistgħu jwettqu iktar proġetti biex jgħinu lill-pazjenti u l-familjari tagħhom.

Sport