Monday, April 22, 2024

“Minkejja r-rilaxx ta’ iżjed miżuri, għandna nkomplu naġixxu b’mod responsabbli”

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, f’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali iktar kmieni dalgħodu, appella lill-poplu sabiex “Inkomplu naġixxu b’mod responsabbli, minkejja li rajna tnaqqis fl-ammont tal-każijiet attivi u minkejja li komplew jiġu rilaxxati iżjed miżuri tal-Covid-19” .

Huwa kompla billi ħeġġeġ lill-poplu, speċjalment lil dawk il-persuni li għandhom minn 65 sena ’l fuq sabiex jieħdu t-tieni doża tal-booster, hekk kif din toffrilhom iżjed protezzjoni u ssaħħilhom l-immunità kontra l-Covid-19.

Sport