Friday, July 26, 2024

Minn tal-inqas sitta jmutu wara maltempati f’Tennessee 

Aqra wkoll

Minn tal-inqas sitt persuni mietu wara li trombi tal-arja u maltempati qawwija ħakmu Tennessee matul il-jum tas-Sibt. 

Kien irrapportat li bosta binjiet spiċċaw imfarrka u nqata’ wkoll id-dawl f’diversi komunitajiet.

Tlieta mill-imwiet kienu rrappurtati f’Nashville, il-kapitali ta’ dan l-istat. Żewġ adulti u minuri tilfu ħajjithom fil-belt ta’ Clarksville.

Joe Pitts, is-Sindku ta’ Clarksville, iddikjara stat ta’ emerġenza, inkluż curfew sad-9.00 p.m. li baqgħet għaddejja anke l-Ħadd.

Sadanittant, 23 persuna oħra li kien hemm fiż-żona kellhom jittieħdu l-isptar għall-kura. Flmati u ritratti li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali wrew ukoll karozzi meqluba u anke siġar maqlugħa.

Ekonomija

Sport