Monday, May 13, 2024

Minn tal-inqas tlieta mejta wara li ferrovija ħarġet mill-binarji f’Montana

Aqra wkoll

Minn tal-inqas tliet persuni tilfu ħajjithom filwaqt li 50 oħra sofrew ġrieħi meta ferrovija ħarġet mill-binarji. Dan l-inċident seħħ fl-istat ta’ Montana ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerika. 

Il-kumpanija Amtrak, li topera l-ferroviji, qalet li fil-ħin li seħħ l-inċident kien hemm 141 passiġġier abbord u 16-il membru tal-ekwipaġġ. Il-ferrovija kienet fuq vjaġġ bejn Chicago u Seattle. Ritratti u filmati mxandra fuq midja internazzjonali kienu juru għadd ta’ karrijiet maqlubin u għexieren ta’ bagalji tal-passiġ­ġieri mxerrdin ma’ kullimkien. 

Għadd ta’ ħaddiema tas-sa­lvataġġ irrispondew mill-ewwel u dawn kienu strumentali biex ġew salvati numru ta’ passiġġieri. Dwar dan, il-US National Transportation Safety Board nieda investigazzjoni biex ikun magħruf x’wassal għal dan l-inċident. 

Sport