Friday, July 26, 2024

Missier arrestat b’suspett li qatel lil martu u l-erba’ wliedu

... l-awtopsja mistennija ssir għada

Aqra wkoll

Il-Pulizija arrestat lis-suspettat wara li segwiet filmati minn CCTVs sakemm arrestatu fir-residenza ta’ missieru Sevran.

Is-suspettat huwa magħruf mal-pulizija minħabba każ ieħor ta’ vjolenza domestika, anke jekk qatt ma kien xellef dufrejh mal-ġustizzja. Fl-2019, xahar qabel it-twelid tat-tielet tarbija, is-suspettat attakka lis-sieħba b’sikkina.

Skont l-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-omm u ż-żewġt ibniet il-kbar ta’ 10 u seba’ snin sofrew numru ta’ daqqiet ta’ arma ppuntata filwaqt li t-tnejn l-oħra ma kellhomx daqqiet viżibbli. Filwaqt li l-awtopsja mistennija ssir għada, is-subien ta’ disa’ xhur u erba’ snin jidher li mietu fgati, għalkemm mhux eskluż li ġew mgħarrqin.

Aktar kmieni : Omm u erba’ wlied misjuba mejta f’residenza f’Meaux fi Franza

Il-Prosekuturi fi Franza fetħu investigazzjoni b’rabta ma’ omiċidju wara li nstabu ħames katavri f’Meaux, belt li tinsab ftit aktar minn 41 kilometru bogħod mill-kapitali Franċiża.

Skont rapporti fil-midja lokali, il-vittmi huma mara u l-erba’ wliedha żgħar. Huma nstabu f’appartament, bil-pulizija għaddejjin bit-tfittxijiet għall-missier ta’ 33 sena, li għadu “maħrub”. 

Riċentament, ir-reġjun ta’ Pariġi ra sensiela ta’ infantiċidju. Fl-aħħar ta’ Novembru, raġel ta’ 41 sena ammetta li qatel lit-tliet uliedu bniet, li kellhom bejn l-erba’ u l-11-il sena, u wara ta lilu nniifsu lill-pulizija. Il-Pulizija kienu sabuhom mejta fir-residenza tiegħu ġewwa l-belt ta’ Alfortville.

Xahar qabel, uffiċjal tal-pulizija qatel lit-tliet uliedu bniet qabel qatel lilu nnifsu fid-dar tiegħu f’Vemars f’Val-d’Oise.

Ekonomija

Sport