Monday, May 13, 2024

Mistenni jiġri 50 kilometru f’għeluq sninu bil-għan li jiġbor donazzjonjiet b’risq Puttinu 

Aqra wkoll

Għal għeluq il-50 sena tiegħu, l-atleta Malti,Alan Cachia se jkun qed jiġri 50 kilometru bil-għan lijirnexxielu jiġbor somma sabiħa b’risq Puttinu Cares. L-atleta se jkun qiegħed jagħmel dan il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru għall-ħabta tad-9:00 a.m bit-tluq mill-każin tal-banda ta’ Ħaż-Żebbuġ u bir-ritorn ikun hemmhekk stess. 

F’messaġġ fuq il-midja soċjali tiegħu, Cachia ħeġġeġ lil pubbliku sabex jattendi għal dan l-avvenment. Żied jgħid li minbarra l-ġirja, se jkun hemm ukoll mixja ta’ tmien kilometri u li għaliha jistgħu jieħdu sehem il-pubbliku. 

L-atleta temm jgħid li kull donazzjoni hija aprezzata u li d-donazzjonijiet minbarra li jingħataw dakinhar tal-ġirja, jistgħu wkoll jintbagħtu fuq in-numru: 99853074  

Sport