Saturday, May 4, 2024

Mixli li ffroda seba’ persuni u kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest

Aqra wkoll

Raġel li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli b’seba’ każi ta’ frodi, serq ta’ flus kontanti u oġġetti oħra, u bi ksur tal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

L-allegati każi seħħew bejn it-12 ta’ Lulju u t-2 ta’ Settembru ta’ din is-sena f’diversi lokalitajiet fosthom il-Gżira, l-Imsida u San Ġwann. Ir-raġel ċaħad l-akkużi u saret talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni opponiet minħabba l-biża’ li jekk jingħata l-ħelsien mill-arrest, huwa jerġa’ jagħmel reat ieħor simili. Qalet li l-allegat frodi f’dawn il-każi kien ta’ bejn €50 u €100, bl-imputat jidher li għandu l-vizzju tad-droga.

F’dan l-istadju, il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba nuqqas ta’ affidabbilità tal-imputat, li kien ingħata diġà tliet possibiltajiet li jkun meħlus mill-arrest preventiv.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Ransley. L-Avukat Lennox Vella deher għall-imputat.

Sport