Wednesday, April 24, 2024

Mixli li ħebb għal Pulizija fi Triq ir-Repubblika u li weġġa’ ħafif kuntistabbli  

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 24 sena, inżamm arestat wara li quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo,  ġie mixli l-Erbgħa wara nofs inhar irreżista bi vjolenza ħames Pulizija, u li weġġa’ ħafif uffiċjal minnhom fi Triq ir-Repubblika, l-Belt Valletta.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Daryl Borg u mill-Ispettur Gabriel Micallef qalet kif il-każ seħħ filgħaxija, meta allegatament ġie vjolenti waqt li l-Pulizija maru jkellmu lill-akkużat. 

Iż-żagħżugħ, Damian Attard kien mixli wkoll li kiser il-paċi pubblika, li tkellem b’mod oxxen fil-pubbliku u li kiser diversi kundizzjonijiet tal-Qorti. 

Min-naħa tiegħu,l-imputat wieġeb li mhuwiex ħati li attakka kuntistabbli tal-Pulizija waqtli dawn marru jkellmuh. 

Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni bir-raġuni li din ma kinitx l-ewwel darba li Attard agredixxa membri fil-Korp tal-Pulizija. 

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet tagħha, il-Qorti pproseduta mill-Maġistrat Noel Bartolo, ordnat sabiex l-imputat jinżamm arrestat.

L-Avukat Franco Debono flimkien mal-Avukat Marion Camilleri deheru għal Damian.

Sport