Thursday, May 9, 2024

Żieda qawwija ta’ armi tan-nar fl-idejn fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Il-vjolenza bl-armi hija xi ħaġa fissa fil-ħajja Amerikana u qed jiżdiedu l-isparar tal-massa. Il-kwistjoni iżda hija waħda ta’ natura politika ħafna, li qed tpoġġi f’kunflitt lil dawk favur il-kontroll tal-armi kontra dawk li jemmnu li huwa dritt tagħhom li jkollhom u jġorru l-armi.

L-Arkivju tal-Vjolenza tal-bl-armi jiddefinixxi sparatura tal-massa bħala inċident li fih jinvolvi erba’ persuni jew aktar li jiġu midruba jew maqtula. F’dawn l-aħħar tliet snin kien hemm aktar minn 600 sparatura tal-massa, kważi tnejn kuljum bħala medja.

L-aktar attakk fatali seħħ f’Las Vegas fl-2017, fejn inqatlu aktar minn 50 persuna u 500 oħra sfaw midruba. Il-maġġoranza l-kbira tal-isparaturi tal-massa, madankollu, iħallu inqas minn 10 persuni mejta.

48,830 persuna mietu minn ġrieħi relatati ma’ vjolenza bl-armi fl-Istati Uniti matul l-2021, skont l-aħħar dejta miċ-Ċntri tal-Istati Uniti għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard (CDC). Din hija żieda ta’ kważi 8% mill-2020 li kienet sena rekord ta’ mwiet bl-armi tan-nar.

Filwaqt li l-isparar tal-massa u l-qtil bl-armi (l-omiċidji) ġeneralment jiġbdu ħafna attenzjoni tal-midja, aktar minn nofs it-total fl-2021 kienu suwiċidji. Dik is-sena, aktar minn 20,000 mill-imwiet kienu omiċidji skond is-CDC. Dan huwa proporzjon ferm akbar ta’ omiċidji milli huwa l-każ fil-Kanada, l-Awstralja, l-Ingilterra u Wales, u ħafna pajjiżi oħra.

Filwaqt li huwa diffiċli li jsir kalkolu tan-numru ta’ armi f’idejn privati madwar id-dinja, l-aħħar ċifri mis-Small Arms Survey – proġett ta’ riċerka bbażat fl-Iżvizzera – stmat li kien hemm 390 miljun pistola fiċ-ċirkolazzjoni fl-Istati Uniti fl-2018.

Fl-2023, il-proporzjon ta’ armi tan-nar fl-Istati Uniti kien ta’ 120.5 għal kull 100 residenti, qabża ‘l fuq mit-88 għal kull 100 persuna fl-2011. Dan jaqbeż bil-bosta dak ta’ pajjiżi oħra madwar id-dinja.

Dejta aktar reċenti mill-Istati Uniti turi li ż-żieda tal-armi kibret b’mod sinifikanti matul l-aħħar ftit snin. Studju, ippubblikat mill-Annals of Internal Medicine fi Frar, sab li 7.5 miljun adult tal-Istati Uniti saru sidien ġodda tal-armi bejn Jannar 2019 u April 2021.

Dan, imbagħad, espona 11-il miljun ruħ għall-armi tan-nar fi djarhom, inklużi 5 miljun tifel u tifla. Madwar nofs is-sidien ġodda tal-armi f’dak il-perjodu ta’ żmien kienu nisa, filwaqt li 40% kienu jew suwed jew Ispaniċi.

Madankollu, il-maġġoranza tal-Amerikani huma favur il-kontroll tal-armi. Fil-fatt 57% tal-Amerikani li ħadu sehem fi stħarriġ tal-Gallup qalu li riedu liġijiet aktar stretti dwar l-armi – għalkemm dan niżel is-sena li għaddiet skont l-istess stħarriġ. 32% qalu li l-liġijiet għandhom jibqgħu l-istess, filwaqt li 10% tan-nies mistħarrġa qalu li r-regolamenti għandhom “isiru inqas stretti”. Il-kwistjoni kidf tidher, hija estremament diviżiva, li taqa fil-biċċa l-kbira fuq il-linji tal-partit.

Id-Demokratiċi huma kważi unanimi fl-appoġġ tagħhom bi kważi 91% favur liġijiet aktar stretti dwar l-armi. 24% biss tar-Repubblikani, min-naħa l-oħra, jaqblu mal-kontroll, flimkien ma’ 45% tal-votanti Indipendenti.

Xi stati ħadu passi biex jipprojbixxu jew jirregolaw b’mod strett iż-żieda tal-armi. Il-liġijiet iżda ivarjaw skont l-istat iżda l-Kalifornja, pereżempju, ipprojbixxa ż-żieda ta’ armi b’eċċezzjonijiet limitati.

Xi wħud miill-kontrolli huma appoġġjati b’mod wiesa minn nies madwar id-diviżjoni politika, bħal restrizzjonijiet li jirregolaw il-bejgħ ta’ armi tan-nar lil nies li huma morda mentalment jew fuq listi ta’ nies perikolużi.

Minkejja snin ta’ gwaj finanzjarju u ġlied intern, in-National Rifle Association (NRA) għadha l-aktar lobby b’saħħtu favur l-armi fl-Istati Uniti, b’baġit sostanzjali biżżejjed biex jinfluwenzaw lill-membri tal-Kungress dwar il-politika dwar l-armi.

Matul l-aħħar kampanja elettorali, l-NRA u organizzazzjonijiet oħra, konsistentement nefqu aktar fuq messaġġi favur id-drittijiet tal-armi mir-rivali tagħhom fil-lobby tal-kontroll tal-armi.

Numru ta’ stati saħansitra eliminaw fil-biċċa l-kbira r-restrizzjonijiet fuq min jista’ jġorr pistola. F’Ġnju 2021, pereżempju, il-Gvernatur ta Texas Greg Abbott iffirma l-liġi  li tippermetti lir-residenti tal-istat li jġorru pistoli tal-idejn mingħajr liċenzja jew taħriġ.

Bl-istess mod, f’April tas-sena li għaddiet il-Ġorġja saret il-25 stat li eliminat il-ħtieġa għal permess biex wieħed iġorr arma tan-nar b’mod miftuħ. Il-liġi tfisser li kull ċittadin ta’ dak l-istat għandu d-dritt li jġorr arma tan-nar mingħajr liċenzja jew permess. Il-liġi kienet appoġġjata mill-NRA, u l-mexxejja ta’ din l-organizzazzjoni sejħu din il-mossa bħala “mument monumentali”.

Sport