Tuesday, March 11, 2025

Mixli li kellu materjal pornografiku li fih jidhru minuri

Aqra wkoll

Raġel ta’ 38 sena mill-Bożnja residenti San Pawl il-Baħar tressaq il-Qori mixli li kellu materjal pornografiku li fih jidhru minuri.

Quddiem il-Maġistrat Nadia-Helena Vella, ir-raġel li ismu ma’ jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti biex tiġi protetta bintu ta’ 8 snin ammetta għal-akkużi miġjuba kontrih.

Min-naħa tagħha d-Difiża spjegat li l-akkużat ikkopera mal-Pulizija, ammetta fi stadju bikri u għalhekk talbet għall-piena minima. 

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Elton Buckingham  qalet li r-raġel għandu l-problema tax-xorb u li talab għall-għajnuna.

Il-Maġistrat Vella sabet lir-raġel ħati u mistennija tagħti s-sentenza nhar il-Ġimgħa. Hija ordnat ukoll li jinqerdu ż-żewġ mobiles li fihom instab il-materjal pornografiku.

Il-Maġistrat Vella ordnat ukoll sabiex isem l-akkużat jitniżżel fir-reġistru ta’ dawk li jabbużaw mit-tfal.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport