Raġel ta’ 27 sena residenti r-Rabat Għawdex inżamm arrestat wara li ġie mixli li nhar il-Ġimgħa li għadda kiser xi projbizzjoni jew restrizzjoni imposta fuqu mill-Qorti.
Huwa kien mixli wkoll li bejn it-12 t’Awwissu 2026 u t-28 t’Awwissu 2026 ta fastidju lis-sieħba tiegħu.
Akkużi oħra kontrih jgħidu li naqas milli jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) u mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta), kif ukoll li wettaq reat waqt li kien qiegħed taħt perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża.
Quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech, l-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih iżda baqa’ jinżamm arrestat wara li kellu t-talba għall-ħelsien mill-arrest miċħuda.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Mario Xiberras filwaqt li l-Avukat tal-Għajnuna Legali Maria Bartolo Dimech dehret għar-raġel.


