Thursday, December 26, 2024

Mixli li stupra lill-eks sieħba

Aqra wkoll

Tork ta’ 28 sena residenti l-Imsida tressaq il-Qorti mixli li stupra lill-eks sieħba tiegħu. Fil-Qorti ingħad li dan mhux l-ewwel darba li l-imputat qed jiġi akkkużat b’akkużi bħal dawn, hekk kif is-sena li għaddiet, l-eks sieħba rrapurtatu lit-Taqsima ta’ kontra l-vjolenza domestika.

Fil-Qorti ntqal ukoll li f’Mejju ta’ din is-sena, il-vittma allegatament sabet lill-eks sieħeb tagħha quddiem il-bieb ta’ barra. Mal-Pulizija, hija spejgat li meta fetħitlu, imbuttaha u li allegatament wettaq atti sesswali magħha. Hija allegat ukoll li allegatament sfat stuprata għal darba darbtejn.

Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, l-imputat wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ma għamel l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest. Il-Maġistrat Stafrace Zammit ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa’ mill-Ispetturi Wayne Buhagiar u Christian Cauchi flimkien mal-Avukati Miriayah Borg u Darlene Grima f’isem l-Avukat Ġenerali.

Ekonomija

Sport