Mniedi l-proċess għall-ewwel Strateġija Nazzjonali dwar is-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Aqra wkoll

Matul  is-sena 2025 f’Malta u Għawdex kien hemm 2,114-il inċident mhux fatali fuq il-post tax-xogħol. Kien hemm 9 ħaddiema tilfu ħajjithom f’inċidenti fuq il-post tax-xogħol.  Il-kostruzzjoni kellha l-ogħla proporzjon ta’ inċidenti fit-tieni nofs tas-sena  2025 b’15.5 fil-mija. Kien hemm madwar 30 fil-mija tal-persuni mweġġgħin li damu bejn 7 u 13-il jum ma jmorrux għax-xogħol. Qudidem din l-istatistika, fejn wieħed irrid jgħid li s-sigurtà fuq il-postijiet għamlet passi kbar ‘lquddiem u hawn ħafna aktar kuxjenza,  illum il-pajjiż qeigħed jgħaddi għal fażi ġdida. 

Dan  hekk kif ġie mniedi l-proċess għall-ewwel Strateġija Nazzjonali dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-xogħol, għas-snin 2027 u l-2031.

Dan il-proċess ġie mniedi mill-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol Jonathan Attard, waqt konferenza bit-tema ‘Shaping OHS Together’, organizzata mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA.

L-istrateġija se tistabbilixxi l-prijoritajiet u d-direzzjoni tal-ħidma nazzjonali f’dan il-qasam għall-ħames snin li ġejjin, b’enfasi fuq il-prevenzjoni, il-protezzjoni tal-ħaddiema u l-adattament għall-isfidi ġodda fid-dinja tax-xogħol.Il-Ministru Jonathan Attard qal dan huwa impenn elettorali b’risq il-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Il-Kap Eżekuttiv tal-OHSA, Josianne Cutajar, saħqet fuq l-importanza li l-istrateġija tkun mibnija fuq il-bżonnijiet reali tal-pajjiż u tas-suq tax-xogħol Malti, b’miri ċari u pjan ta’ azzjoni li jista’ jitwettaq.

Il-konferenza kienet tinkludi wkoll intervent ta’ Artur Furtado, Kap tal-Unità għall-Kwalità tal-Impjiegi, il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol u d-Djalogu Soċjali fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea.

Min-naħa tiegħu d-Direttur tal-Advisory Services fi ħdan l-EMCS, Silvan Mifsud għamel preżentazzjoni dwar il-bidliet demografiċi f’Malta u l-impatt tagħhom fuq il-kompożizzjoni tas-suq tax-xogħol. Kien hemm ukoll intervent minn Anthony Casaru, membru tal-Bord tal-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, dwar id-diskussjonijiet strateġiċi li għaddejjin fuq livell Ewropew.

Matul il-konferenza saru żewġ panel discussions li ffukaw fuq l-implimentazzjoni tar-riformi li saru f’dawn l-aħħar sentejn, kif ukoll fuq l-isfidi u l-opportunitajiet ġodda li qed jinħolqu fid-dinja tax-xogħol.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport