Wednesday, October 9, 2024

Mohamed Al Fayed akkużat b’diversi stupri wara mewtu

Aqra wkoll

Wara l-mewt ta’ xi persuna prominenti, l-istorja dejjem uriet kif jibdew joħorġu fatti u stejjer, veritieri jew le, dwaru. F’każ minn dawn, ħames nisa rrakkontaw li kienu ġew stuprati minn Mohamed Al Fayed, l-eks sid tal-istabbiliment lussuż Harrods meta kienu jaħdmu f’dan l-istbbiliment f’Londra.

F’dokumentarju li ttella’ mill-BBC, aktar minn 20 eks-impjegata nisa qalu li l-biljunarju, li miet is-sena l-oħra fl-età ta’ 94 sena, attakkahom sesswalment inkluż stupru. Al-Fayed huwa missier Doddy li kien miet fi kraxx bil-karozza fi Franza. Miegħu kienet mietet ukoll il-Prinċipessa Diana tal-Ingilterra.

Id-dokumentarju, ‘Al-Fayed: Predatur f’Harrods’ ġabar evidenza li, matul iż-żmien li Fayed kien sid l-istabbiliment, il-kumpanija mhux biss naqset milli tintervjeni, iżda għenet biex tgħatti l-allegazzjonijiet ta’ abbuż.

Is-sidien attwali ta’ Harrods, filwaqt li qalu li kienu kompletament ixxukkjati bl-allegazzjonijiet li saru fothom li l-vittmi tiegħu kienu tħallew għal rashom, talbu skuża għal dak kollu li kienu għaddew minnu l-vittmi.

In-nisġa ta ‘korruzzjoni u abbuż f’din il-kumpanija kienet inkredibbli u oskura ħafna jgħid l-avukat Bruce Drummond, mit-tim legali li qed jirrappreżenta numru min-nisa.

L-abbużi sesswali seħħew f’Londra, Pariġi, St Tropez u Abu Dhabi. Waħda min-nisa saħansitra qalet li  Al-Fayed stupraha fl-appartament tiegħu ta’ Park Lane f’Londra. Mara oħra li qalet li kienet għadha tfajla meta stupraha fl-indirizz ta’ Mayfair iddeskriviet lil Mohamed Al-Fayed bħala mostru, predatur sesswali bla ebda kumpass morali. 

Minn dak li jingħad fid-dokumentarju, Al-Fayed ikkultiva l-kultura ta’ biża b’mod attiv. Minħabba f’hekk, kulħadd kien jibża jitkellem. 

Al-Fayed kien anki ffaċċja akkużi ta’ attakki sesswali waqt li kien għadu ħaj, u għalhekk l-allegazzjonijiet ta’ issa huma ta’ skala u serjetà bla preċedent. Ħafna jemmnu li hemm ferm aktar nisa li setgħu ġew attakkati sesswalment.

“Kien vili,” tgħid waħda min-nisa li ħadmet bħala l-assistent personali tiegħu mill-1988 sal-1991. Hija tgħid li pprova jistupraha aktar minn darba.

Uħud min-nisa rrinunzjaw, jew irrinunzjaw parzjalment, id-dritt tagħhom għall-anonimità li jiġu ffilmjati għad-dokumentarju. Oħrajn għażlu li jibqgħu anonimi. Magħqudin flimkien, fix-xhieda tagħhom jiżvelaw mudell ta ‘mġieba predatorja u abbuż sesswali minn Fayed.

Skont wieħed mill-eks impjegati, is-sid ta’ Harrods kien iżur regolarment is-sulari vasti tal-bejgħ u d-dipartimenti lussużi biex jidentifika assistenti nisa żgħażagħ li kien isib attraenti, li mbagħad kienu jiġu promossi biex jaħdmu fl-uffiċċji tiegħu fis-sular ta’ fuq.

L-attakki kienu se jsiru fl-uffiċċji ta’ Harrods, f’appartament ta’ Fayed f’Londra,  jew fuq vjaġġi barranin – ħafna drabi f’Pariġi fil-lukanda Ritz, li kellu wkoll, jew il-proprjetà tiegħu fil-qrib il-Villa Windsor. Eks impjegati oħra qalu li kien ċar x’qed jiġri f’Harrods.

Mara li għażlet l-isem fittizzju ta’ Rachel irrakkuntat kif lejl wieħed wara x-xogħol, issejħet fl-appartament lussuż ta’ Al-Fayed, fi blokka kbira fuq Park Lane li tagħti ħarsa lejn Hyde Park ta’ Londra. Il-bini kien protett minn membri tas-sigurtà.  Rachel tgħid li Fayed talabha biex toqgħod fuq sodda tiegħu u mbagħad poġġa idu fuq sieqha, u għamilha ċara x’ried mingħandha. 

Il-BBC tkellmet ma’ 13-il mara li qalu li Fayed attakkahom sesswalment f’60 Park Lane. Erbgħa minnhom, inkluża Rachel, qalu li ġew stuprati.

Ħafna min-nisa qalu li meta bdew jaħdmu direttament għal Fayed kienu mgegħla jagħmlu testijiet mediċi inkluż testijiet invażivi tas-saħħa sesswali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport